Thursday, May 16, 2024

Chelsea jidħlu għal Frenkie de Jong

Aqra wkoll

Frenkie de Jong  qed jidher dejjem aktar probabbli li jitlaq lil Barcelona skond il-midja Spanjola. Manchester United kienu qed jidhru favoriti biex jiffirmaw lill-Olandiż iżda fl-aħħar sigħat ir-rivali tagħhom tal-Premier League, Chelsea, ħarġu wkoll bħala kandidati għall-firma tiegħu.

Bħalissa Barcelona qegħdin f’diskussjonijiet ma’ Chelsea dwar il-firma taż-żewġ difensuri ta’ Chelsea, Cesar Azpilicueta u Marcos Alonso, u issa tfaċċa l-interess tagħhom f’De Jong. Huma jixtiequ jinkluduh bħala parti mill-ftehim biex jittrasferixxu ż-żewġ full-backs imsemmija hawn fuq. L-operazzjoni tkun ta’ €60 miljun flimkien ma’ Azpilicueta kif ukoll Alonso.

Chelsea għandhom ċans aħjar li jikkonvinċu lil De Jong biex iħalli lil Barcelona milli lil United. Dan minħabba li huma jistgħu joffru football taċ-Champions League u ċ-ċans li jgħix f’Londra.

Chelsea huma wkoll team f’pożizzjoni tajba biex immedjatament jisfidaw għall-unuri. Barcelona huma kuntenti hekk kif l-interess ta’ Chelsea jagħmel pressjoni fuq il-United biex jaqblu mal-pakkett li jridu għal De Jong.

Sport