Monday, December 23, 2024

“Jekk il-Bambin isejjaħli naf li binti qiegħda tgħix f’ġenna qabel tmur il-ġenna”

Aqra wkoll

F’wieħed mill-appelli tad-Dar tal-Providenza, smajna dwar tifla li skont missierha kienet tmur l-iskola bħal tfal oħra, iżda qabdita l-meningitis u spiċċat bi brain damage.

Missierha fl-appell tiegħu jgħid li nefaq flusu kollha fi professuri u esperti anke barra mill-pajjiż. Ikompli li kien jagħmel minn xogħol għall-ieħor u baqgħu jagħmlu hekk sakemm kellha binthom kellha 50 sena.

il-ġenituri bdew jikbru u ma setgħux jibqgħu jżommuha minħabba li saħħithom bdiet tidgħajjef. Huwa jgħid li bid-Dar tal-Providenza kulħadd għandu moħħu mistrieħ li uliedu mhu se jkun jonqoshom xejn.

“Dan il-post irid flejjes enormi u nixtieq li n-nies bħalma jmorru jgawdu jistgħu jagħtu donazzjoni żgħira. Jekk il-Bambin joġgħbu jsejjaħli jiena naf li binti qiegħda tgħix fil-ġenna qabel tmur il-ġenna”, temm jgħid il-missier ta’ 75 sena.

Tingħata bidu għall-maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Fl-ewwel jum tas-sena, id-Dar tal-Providenza se tkun qed tiġbor il-flus b’risq ir-residenti li jgħixu fiha.

Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi, li bdiet f’nofsinhar u se ddum sa nofsillejl, qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha kif ukoll online.

Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw fuq in-numri t’hawn taħt:

€10 – 5160 2012

€15 – 5170 2013

€25 – 5180 2014

€50 – 5190 2085

€100 – 5130 2022

Ekonomija

Sport