Thursday, December 19, 2024

“Jekk inħarsu biss lejn id-distakk inkunu qed nagħmlu żball kbir” 

Aqra wkoll

L-avukat Joe Brincat, iddikjara ma’ Talk.mt li “jekk inħarsu biss lejn id-distakk inkunu qed nagħmlu żball kbir.   Kemm hu veru li nstemghu n-nies?”.

Fil-kummenti tiegħu hu qalilna li “l-voti mitfugħa u dawk li mhux mitfugħa riedu jibagħtu messaġġi differenti.  Mhux in-nies li qed jiċċelebraw barra dawn,  li ħarġu l-imkatar tal-Labour li hu patrimonju tal-familja tagħhom.  Imma hemm ħafna x’wieħed jara.   In-nuqqas ta’ voti jidher li mess sewwa mhux biss lill-partit fil-gvern imma wkoll lill-partit fl-Oppożizzjoni,  li tfisser li kkonvinċiet xejn.   Jidher li Bernard Grech qed jipprova jilqa’ għall-attakki li se jkollu minn ġewwa. Mhux biżżejjed li jgħid li jrid jibqa’.   Il-Partit Laburista  jrid verament jagħmel dixxiplina fuqu nnifsu.  L-għira tagħmel l-effett tagħha.  Mhux x’ħadt jien,  imma “ara kemm qabillu ħaddieħor.”   Jien kont persważ li t-turnout kien se jkun anqas minn 87 fil-mija li kienu qed ibassru s-surveys.  Dan għedt fil-programm ta’ One bejn nofs il-lejl u l-ewwel minuta tal-Ħadd qabel ma kienu waslu l-kaxxi kollha fin-Naxxar.   Jien bassart ukoll li ż-żewġ partiti se jkun t-tnejn tilfu l-voti mill-aħħar elezzjoni.  Minkejja li l-elettorat kiber u  minn 341,000   sa 355,000.    Jekk inħarsu biss lejn id-distakk inkunu qed nagħmlu żball kbir.   Kemm hu veru li nstemghu n-nies?”, itemm jgħid l-avukat Joe Brincat.

Ekonomija

Sport