Saturday, December 21, 2024

“Jekk jitneħħew il-kartelluni, jien lest immur u nerġa’ nagħmlihom”

L-attivist Neville Gafà jpoġġi kartelluni mal-monument li fih qed titfakkar ukoll Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll

L-attivist Neville Gafà, ġurnata biss qabel l-anniversarju tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, mar quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fejn poġġa kartelluni li fihom diversi messaġġi dwar il-ħajja tal-istess ġurnalista.

Gafà qal li kulma kien qiegħed jagħmel kien qiegħed jesprimi l-liberta tal-kelma li ħafna mill-attivisti ta’ Daphne Caruana Galizia jitkellmu dwarha.

F’post li kiteb wara Neville Gafà qal li f’każ li dawn il-kartelluni jitneħħew, hu kien lest li jerġa’ jmur fuq il-post u jerġa’ jagħmilhom. Stqarr li hu kien se jagħmel dan biex jiddefendi d-demokrazija tal-pajjiż.

“Ejja naraw dan id-dritt fundamentali jiġix onorat mill-oħrajn fl-komunita tagħna…” kiteb Gafà.

Ekonomija

Sport