Lionel Messi xtara l-club Spanjol tat-Tieni Diviżjoni, CD Eldense.
Il-ftehim għadu suġġett għall-approvazzjoni regolatorja u dan huwa t-tieni club Spanjol li fih investa l-istilla Arġentina Messi. F’April li għadda, il-player ta’ 39 sena kien xtara lill-club Katalan Cornella.
CD Eldense jinsabu fid-19-il post minn 22 team fit-tieni diviżjoni Spanjola, b’rebħa waħda u ħames punti mill-ewwel seba’ logħbiet tal-istaġun.
Messi, li lagħab ma’ Barcelona u rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-2022 mal-Arġentina, bħalissa jilgħab mal-club Amerikan Inter Miami fil-Major League Soccer. F’Awwissu li għadda, ħabbar li rtira mill-football internazzjonali.
Ir-rebbieħ ta’ tmien Ballon d’Or’s kien laħaq “ftehim preliminari” f’Settembru biex isir l-azzjonist maġġoritarju ta’ CD Eldense, u issa l-proċess ġie finalizzat.




