Friday, October 2, 2026
Home Sport Arsenal iddeċiedew li ma jespandux l-Emirates Stadium

Arsenal iddeċiedew li ma jespandux l-Emirates Stadium

0
50

Arsenal iddeċidew li ma jkomplux bil-”pjan fuq skala enormi” biex jespandu l-Emirates Stadium, minkejja d-domanda kbira għall-biljetti u l-lista twila ta’ stennija għal season tickets. L-istadium għandu kapaċità ta’ 60,704 spettatur, u bħalissa Arsenal jinsabu wara Manchester United, Manchester City, Tottenham u Liverpool f’dak li għandu x’jaqsam mad-daqs tal-istadium.

Matul l-aħħar sentejn, il-club kien qed jeżamina diversi għażliet biex iżid il-kapaċità, iżda issa għażel li jiffoka fuq “evoluzzjoni kontinwa” tal-Emirates aktar milli rikostruzzjoni kbira. Espansjoni sinifikanti x’aktarx kienet teħtieġ li Arsenal jużaw ground temporanju, iżda l-club ma jridx jagħmel dan, speċjalment hekk kif it-team ta’ Mikel Arteta qed jimmira għal perjodu ta’ suċċess.

L-enfasi se tkun fuq it-titjib tal-esperjenza tal-partitarji fil-ġranet tal-logħob. Is-’safe standing’ diġà ġie introdott fil-Clock End u fl-istaġun li ġej se jiġi estiż għal partijiet min-North Bank. Arsenal qed jaħdmu wkoll biex itejbu l-konnettività mobbli 5G ġewwa l-istadium, bi progress mistenni qabel jintemm l-istaġun.

Il-club se jkompli jkabbar ukoll l-offerti ta’ ospitalitá korporattiva sabiex iżid id-dħul. Fosthom hemm il-pakkett ‘The Touchline’, li jiswa £5,799 għal kull persuna għal-logħba kontra Manchester City f’Novembru.

Minkejja dan, Arsenal m’għandhomx pjan attwali li jnaqqsu l-postijiet għall-pubbliku ġenerali. L-Arsenal Supporters’ Trust ikkonfermat li l-kapaċità tal-Emirates mhux se tinbidel, iżda appellat lill-partitarji biex jibqgħu viġilanti dwar il-futur tal-istadium.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here