“Billi tnaqqas it-temperatura tat-tisħin ftit fix-xitwa u ma tixgħelx l-airconditioner kmieni wisq fis-sajf, tista’ tnaqqas milli jkomplu deħlin il-flus fil-but ta’ Putin”, qal il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans.
Huwa kompla biex jinnota li l-Prim Ministru Taljan ta idea lill-pajjiż dwar it-temperatura tal-air conditioners biex titnaqqas kemm jista’ jkun l-enerġija użata, imma ħalla din it-talba tiegħu għad-diskrezzjoni tal-kumpaniji u ċ-ċittadini individwali.
“Madankollu, dejjem se tkun għażla ħielsa u individwali taċ-ċittadini tagħna”, saħaq Timmermans.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Kummissjoni Ewropea tat suġġerimenti oħra ta’ kif jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u fost waħda mis-soluzzjonijiet tagħha ssuġġeriet li s-sewwieqa jsuqu b’inqas veloċità sabiex jaħlu inqas.