Thursday, April 25, 2024

Servizz aktar mifrux għal persuni bid-dijabete biex tiżdied l-effiċjenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Mhux il-pazjenti kollha bid-dijabete bilfors irid ikollhom l-appuntamenti tagħhom, speċjalment meta jkunu follow ups, għand il-konsulent”, Spjega d-Deputat Prim Ministru waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tad-deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg li nstigat li fl-opinjoni tagħha m’hawn biżżejjed konsulenti biex joffru servizz lil dawn il-pazjenti.

Fearne qal li f’pajjiżna hemm mas-37,000 persuna fuq is-sistema tal-gvern u li bl-involviment tal-kura primarja f’ċentri tas-saħħa u bereġ, se jkun hemm tobba speċjalizzati fis-suġġett biex ikompli jitjieb is-servizz.

Huwa qal li r-riżorsi li jkollu l-pajjiż jeħtieġ li jintużaw bl-aħjar mod anke minħabba l-fatt li wieħed ma jfaqqgħax subajh u jsib il-konsulenti. Huwa qal li jinsab fiduċjuż li dan is-servizz se jkun qiegħed jgħin biex tonqos l-istennija u tiżdied l-effiċjenza.

Sport