Wednesday, April 24, 2024

“It-teknoloġija m’għandhiex tieħu post il-qari”

Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“It-teknoloġija m’għandhiex tieħu post il-qari li huwa l-inkubatur tal-ħsieb ħieles”. Iddikjarat dan id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar waqt id-diskors tagħha fil-parlament hi u tfakkar dwar il-wegħda tal-gvern li jibqa’ jinvesti fl-edukazzjoni ta’ wliedna. Cutajar fakkret dwar kif gvern Laburista se jkun kommess li joffri childcare bla ħlas lil kulħadd, irrispettivament minn jekk il-ġenituri jaħdmux it-tnejn jew le fost għajnuniet oħra bħalma huwa s-servizz ta’ internet bażiku b’xejn lit-tfal biex it-tfal kollha jkollhom l-għodda biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. 

Tkellmet dwar ħafna tfal li għaddejjin minn sitwazzjonijiet soċjali diffiċli fosthom separazzjonijiet u każi ta’ vjolenza domestika. 

Dwar dan Cutajar tenniet tgħid li qiegħda tiżdied l-għajnuna biex tonqos il-vjolenza domestika. Qalet li wasal iż-żmien li jkun hawn reġistru ta’ dawk il-persuni li jkollhom storja ta’ abbuż u vjolenza domestika.

“Meta tkun f’relazzjoni ma xi ħadd għandek dritt tkun taf jekk il-ġuvni jew it-tfajla li tkun se tibda relazzjoni magħha jkollhomx storja ta’ każi ta’ dan it-tip”, kompliet Cutajar filwaqt li qalet li dan ir-reġistru legali diġà jeżisti fl-Ingilterra.

Sport