Tuesday, May 14, 2024

Clubs Maltin se jirċievu iktar minn €100,000 f’benefiċċji finanzjarji

Aqra wkoll

L-istaġun 2021-22 kien it-tema tad-diskussjoni fil-laqgħa tal-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA, li saret it-Tlieta wara nofsinhar fis-Sala taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali.

Fl-ogħla diviżjoni, kważi €50,000 se jitħallsu lill-clubs bi Floriana FC u Valletta FC fuq quddiem b’35 u 32 dehra minn players homegrown ta’ taħt il-21 sena rispettivament fil-Kampjonat BOV Premier 2021-22. Il-clubs fil-BOV Challenge League se jirċievu aktar minn €30,000 bejniethom b’San Ġwann FC fil-quċċata tal-klassifika b’total ta’ 74 dehra minn players ta’ taħt id-19-il sena segwiti minn Pietà Hotspurs b’65.

Fil-BOV National Amateur League, Qormi FC u Santa Venera Lightnings kienu l-aktar cubbs li utilizzaw players ta’ taħt id-19-il sena b’65 u 42 dehra rispettivament filwaqt li l-ammont totali li għandu jitħallas bħala kumpens għal din id-diviżjoni se jkun ukoll ta’ aktar minn €30,000. Is-somma globali li trid titħallas lill-clubs domestiċi fit-tliet diviżjonijiet għall-istaġun 2021-22 hija ta’ €111,000.

Sport