Saturday, December 21, 2024

Jerġa’ jiftaħ il-benefiċċju għall-impjegati li jaħdmu ħinijiet atipiċi

Aqra wkoll

Jobsplus ħabbret li l-applikazzjonijiet għall-iskema ‘In-Work Benefit’ li tikkonċerna impjegati li jaħdmu f’ħinijiet tax-xogħol atipiċi se jerġgħu jinfetħu.

Fi stqarrija Jobsplus żiedet li din l-opportunità hija maħsuba għall-impjegati ta’ min iħaddem u naqas milli jibgħat l-applikazzjonijiet tagħhom matul il-perjodu inizjali għas-sena 2024.

L-għan huwa li jiġi żgurat li l-impjegati eliġibbli kollha li jaħdmu b’sigħat ta’ xogħol atipiċi jirċievu dan il-benefiċċju.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi mis-sit ta’ Jobsplus mis-27 ta’ Jannar.

Ekonomija

Sport