Friday, April 19, 2024

Jerġgħu ma jidhrux il-Qorti tnejn mill-irġiel akkużati li ħatfu panel beater

Aqra wkoll

Hekk kif quddiem il-Maġistrat Manica Vella kellu jkompli jinstema l-każ ta’ sitt irġiel li huma akkużati li ħatfu panel beater fir-Rabat Malta, tnejn minnhom għat-tieni darba reġgħu ma dehrux il-Qorti.

Illum kellha tkompli il-kumpilkazzjoni ta’ ġbir ta’ provi kontra l-ħamest irġiel involuti fil-każ f’Jannar tal-2022, iżda meta ġew imsejta biex jidhru Tyson Grech u Jeremy Borg dawn baqgħu ma dehrux minkejja li kienu notifikati. Magħhom hemm akkużati wkoll Christian Borg, Luke Milton, Thorne Mangion, u Burtin Azzopardi.

Huma jinsabu mixlija li ħatfu lil Carlos Schembri u li sawtuh bl-aħrax. Schembri kien irrapporta li li kienu tefgħuh f’vettura, li fiha sawuth u heddewh li kien se jiġi mmutilat u stuprat b’rabta ma’ allegat serq ta’ vann.

Hekk kif ma dehrux quddiem il-Qorti, il-Maġistrat Monica Vella mmultat lil Tyson Grech €150 u ordnat ukoll li għas-seduta li jmiss jitressaq b’arrest. L-avukati tiegħu li kienu preżenti fl-awla fejn qalu li l-klijent tagħhom ma setax jattendi għax inqabad xogħol.

Min-naħa tagħhom l-avukati ta’ Jeremy Borg qalu lill-Maġistrat li l-klijent tagħhom ma kienx jiflaħ, iżda ma ressaqx ċertfikat tat-tabib. Il-Maġistrat ordnat li dan iċ-ċertifikat jitressaq fi żmien 24 siegħa.

Sport