Monday, April 22, 2024

Kate ħarġet tiċċelebra l-Corpus Christi fil-Polonja

Aqra wkoll

Kate, li bħalissa tinsab għal kura fil-Polonja wara li fl-aħħar ġimgħat kienet l-isptar biex issirilha operazzjoni maġġuri, illum ħareġ mill-appartament fejn qed tgħix biex tiċċelebbra l-Corpus Christi.

Flimkien mal-ġenituri tagħha, Kate marret fil-villaġġ ta’ Łowicz fejn illum kienet festa pubblika fejn issir ċelebrazzjoni.

In-nies tal-villaġġ joħorġu fit-toroq lebsin kostumi folkloristiċi u ma setax jonqos li Kate tiġbed is-simpatija tan-nies tal-lokali fejn ma waqfux jieħdu ritratti magħha.

Xorta waħda, għal Kate baqa’ triq twila, iżda qed tagħmel progress qawwi ħafna bit-tama li fix-xhur li ġejjin terġa’ tirritorna Malta flimkien mal-familja tagħha.

Sport