Saturday, December 21, 2024

Jeskalaw l-irvellijiet vjolenti fi Franza

Aqra wkoll

L-irvellijiet fi Franza komplew jeskalaw għat-tielet jum konsekuttivi u laħqu stadji allarmanti tant li madwar 249 uffiċjal tal-pulizija u ġendarmi sfaw korruti f’lejl ta’ straġi f’diversi bliet. Aktar minn 660 persuna s’issa ġew arrestati wara li taw in-nar karozzi, tefgħu bombi tan-nar fuq il-pulizija u serqu minn għadd ta’ ħwienet.

Dan iseħħ wara li l-Ministru tal-Intern ta’ Franza qal li s-servizzi tal-emerġenza wieġbu b’kuraġġ għal lejl ta’ vjolenza rari. Din hija eskalazzjoni sinifikanti fl-inkwiet, li mhux qed juri sinjali ta’ kalma.

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-bieraħ, it-toroq kienu mimlijin b’karozzi maħruqa jew maqlubin ta’ taħt fuq. Fl-irvellijiet ġiet attakkata wkoll u tkissret pompa tal-petrol. Fl-istes triq ħanut żgħir tat-tabakk inqered għal kollox.

Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru nar iħeġġeġ fil-post fejn qed tinbena l-pixxina Olimpika għal-Logħob tal-2024. Ambulanzi u trakk tat-tifi tan-nar dehru jaslu fuq il-post f’Aubervilliers, subborg komun fil-Grigal ta’ Pariġi.

L-inkwiet beda wara li nhar it-Tlieta meta uffiċjal tal-pulizija spara u qatel sewwieq żagħżugħ ta’ 17-il sena li rrifjuta li jieqaf waqt kontroll tat-traffiku fis-subborg ta’ Nanterre ta’ Pariġi. Minkejja li fuq il-post waslu s-servizzi tal-emerġenza, ix-xufier żagħżugħ miet ftit wara.

L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP, ftit wara, ħarġet filmat fuq il-midja soċjali, li juri żewġ uffiċjali tal-pulizija jippruvaw iwaqqfu l-vettura u wieħed jipponta l-arma tiegħu lejn ix-xufier.

F’divesi bliet Franċiżi, postijiet li jissimbolizzaw l-istituzzjonijiet u l-istat Franċiż, ilbieraħ sfaw vittma tal-irvellijiet partikularmnt ċentri komunitarji, skejjel u swali li saritilhom ħsara kbira.

Fil-mira tal-irvellijiet prinċipalment kienu ħwienet u supermarkets madwar il-pajjiż. Il-midja Franċiża rrapporta li f’Pariġi, is-sakkeġġ iffoka fuq it-triq ċentrali tax-xiri ta’ Rue de Rivoli li tinsab qrib sew il-Mużew tal-Louvre u Champs Elysées. Aktar minn tużżana nies aktar tard dehru iġorru żraben, basktijiet u ħwejjeġ oġġetti oħra misruqa.

Fis-subborgi tal-kapitali, ġew imkissra supermarkets bħal dak ta’ Carrefour. F’ Roubaix, ħdejn il-fruntiera Belġjana, supermarket żgħir inqered għal kollox war li ġie mogħti n-nar.

F’Marsilja, ħwienet u kafetteriji kienu fil-mira wkoll filwat li f’Nantes, in-nies allegatament saqu karozza għal fuq supermarket tal-Lidl u minn hemm serqu għadd ta’ oġġetti.

Ekonomija

Sport