Wednesday, May 8, 2024

Raġel l-Isptar wara ħabta bejn mutur u pickup fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Għall-ħabta tat-8.15am seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem Għawdex fejn raġel kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-ħabta seħħet bejn mutur Honda li kien misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex u Mitsubishi pickup li kien misjuq minn raġel ta’ 37 sena minn Kerċem Għawdex.

Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur kellu jittieħed l-Isptar, iżda kelliem għall-pulizija qal lil talk.mt li minkejja li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, huwa eskluż li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Sport