Saturday, December 14, 2024

Jesmar Gafa se jirrappreżenta lil Malta f’Pariġi

Aqra wkoll

Jesmar Gafa ser jipparteċipa fill-Coupe Intecontinentale des Amateurs ġewwa Vincennes għada is-Sibt 27 a’ Jannar fejn ser jirrappreżenta lill pajjiżna f’tiġrija illi tlaqqa’ 13-il ġerrej amateur mill-Ewropa kollha.

Ilbieraħ ġiet ikkonfermata l-lista tal-parteċipanti bil-ġerrejja tal-Coupe Intecontinentale des Amateurs li ser tinżamm fil-korsa Pariġina ta’ Vincennes. Jesmar Gafa ser ikun qiegħed isuq iż-żiemel imħarreġ minn Gilbert Masschaele EXOTIC JET, li ser ikun qiegħed jibda bin-numru 10 wara l-karozza tat-tluq. Din ser tkun l-ewwel tiġrija tal-programm u tibda għall-ħabta tas-1:20 p.m. Bħalma jsir tradizzjonalment, din it-tiġrija tinġera fuq id-distanza ta’ 2100 m u jkollha tluq bl-autosart. 

“L-Malta Racing Club jinsab ukoll ċert li r-rappreżentant Malti f’din it-tiġrija ser igawdi minn sapport kbir ta’ numru sabiħ ta’ dilettanti Maltin illi bħalissa jinsabu ġewwa Franza fl-okkażjoni tat-tiġrija tant prestiġjuża tal-Prix d’Amerique li tinġera l-għada l-Ħadd”, qalet il-Malta Racing Club filwaqt li awgurat lil Jesmar Gafa l-isbaħ suċċess għal din il-parteċipazzjoni tiegħu.

.

Ekonomija

Sport