Saturday, September 7, 2024

Jesse Lingard mhux se jilgħab ma’ Al Ettifaq

Aqra wkoll

Jesse Lingard mhux se jingħaqad ma’ Al Ettifaq fl-Arabja Sawdija. Minkejja li kien ilu jitħarreġ għal dawn l-aħħar erba’ ġimgħat mat-tim immexxi minn Steven Gerrard, l-eks plejer ta’ Manchester United kien qed jitlob salarju ta’ €10 miljun, xi ħaġa li s-Sawditi ma tantx apprezzaw.

Meta kollox kien jidher li Lingard se jkun qed jingħaqad ma’ Jordan Henderson, Demarai Gray u Georgino Wijnaldum, hu se jkollu jibqa’ barra jistenna li xi klabb ieħor jitlob is-servizzi tiegħu.

Bħalissa Lingard jinsab plejer ħieles hekk kif m’għandux kuntratt mal-ebda klabb.

Ekonomija

Sport