Friday, July 26, 2024

Ajax jaħtru lil Hedwiges Maduro bħala kowċ temporanju

Aqra wkoll

Wara li Maurice Steijn m’għadux iktar il-kowċ ta’ Ajax Amsterdam, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb mill-belt kapitali Olandiża ħatru lil Hedwiges Maduro sabiex jieħu ħsieb lit-tim. L-eks plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Valencia, Seville u PAOK beda jħarreġ lit-tim sa mill-bieraħ stess fiċ-ċentru De Toekomst. Mill-banda l-oħra, Dave Vos se jkun qed jieħu rwol temporanju ta’ assistent kowċ filwaqt li t-tim ta’ taħt it-23 sena se jkun immexxi minn Yuri Rose.

Ajax għaddejjin minn problemi kbar fejn qed jitilfu logħba wara l-oħra fil-kampjonat Eredivisie.

Ekonomija

Sport