Wednesday, July 24, 2024

Udinese jkeċċu lill-kowċ Andrea Sottil

Aqra wkoll

Udinese neħħew lill-kowċ Andrea Sottil mill-kariga wara bidu mhux daqstant feliċi li kellhom fil-kampjonat. Il-Friulani naqsu milli jieħdu l-punti massimi mil-logħba kontra Lecce li spiċċat fi draw ta’ 1-1.

Udinese jinsabu fit-tielet post mill-aħħar meta kisbu biss sitt punti minn disa’ logħbiet wara sitt draws u tliet telfiet.

Sottil, li għandu 49 sena, mexxa lil Udinese għas-salvazzjoni fl-istaġun li għadda iżda din is-sena l-affarijiet ma ġewx kif ippjanat.

Ekonomija

Sport