AC Milan u Roma ġew offruti ċ-ċans li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Manchester United, Jesse Lingard, bi free transfer.
Matul Jannar, United irrifjutaw iċ-ċans li jirkupraw ħlas tas-self għall-playmaker favur li jżommu lil Lingard fl-iskwadra tal-ewwel team għall-bqija tal-istaġun.
Madankollu, il-player ta’ 29 sena lagħab biss 119-il minuta mill-bidu ta’ Frar, li saħħaħ is-sensazzjoni li se jitlaq minn ma’ Manchester United meta jiskadilu l-kuntratt fis-sajf.
Huwa mifhum li l-internazzjonali Ingliż għadu mhux jonqos minn ammiraturi bi Newcastle United u West United ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni tiegġu mill-qrib.
AC Milan u Roma ingħataw ukoll l-opportunità li jagħmlu t-talba uffiċjali tagħhom għal Lingard, li qabel lagħab taħt il-gwida tal-coach ta’ Roma Jose Mourinho.
Konxju li jista’ jkun fil-mira ta’ diversi offerti fis-sajf, Lingard jista’ b’mod realistiku jistenna l-ħin tiegħu qabel ma jieħu deċiżjoni finali dwar il-futur tiegħu.