Sigħat biss wara li tkeċċa minn Leeds United, il-coach Jesse Marsch, teżisti possibbiltá kbira li huwa jinħatar il-coach nazzjonali tal-Istati Uniti.
Marsch, is-suċċess ta’ Marcelo Bielsa li tkeċċa f’Ottubru li għadda, twaqqaflu l-kuntratt ħesrem wara t-telfa ta’ 1-0 għand Nottingham Forest fi tmiem il-ġimgħa li għadda, hekk kif il-Peacocks jinsab post fuq iż-żona tar-relegazzjoni u b’ċans tajjeb li jitilfu posthom fl-ogħla diviżjoni Ingliża.
Fil-veritá huwa xejn ma kellu avventura feliċi hekk kif mexxa lit-team għal erba’ rebħiet biss, bl-aħħar waħda tasal f’Novembru li għadda.
Madankollu, l-Amerikan Marsch huwa l-aktar kandidat favorit li qed jiġi kkunsidrat biex jieħu post Gregg Berhalter li kien irriżenja minn din il-kariga wara t-Tazza tad-Dinja 2022.
L-FA Amerikana kienet ittardjat biex taħtar is-suċċessur ta’ Berhalter … u jidher li Marsch huwa l-aktar persuna adattata biex tmexxi lit-team nazzjonali.