Friday, May 3, 2024

Roma jilħqu ftehim ma’ Galatasaray għat-trasferiment ta’ Nicoló Zaniolo

Aqra wkoll

Rapporti fl-Italja qed isostnu lil Roma aċċettaw l-offerta ta’ €22 miljun mingħand Galatasaray biex il-midfielder internazzjonali Taljan, Nicoló Zaniolo, jingħaqad mal-club Tork. 

Kollox jinsab lest biex Zaniolo jitlaq lil Roma iżda n-negozjati kellhom jieqfu ħesrem hekk kif il-pajjiż tat-Turkija ntlaqat minn żewġ terremoti qawwija. 

Min-naħa tal-player, huwa ppubblika posts fuq l-Instagram personali li l-futur tiegħu jinsab ma’ Galatasaray u jinsab ħerqan biex jilbes il-flokk tagħhom. 

Is-somma tat-trasferiment tinkludi l-offerta ta’ €15-il miljun flimkien ma’ €7 miljuni f’bonuses. 

Jingħad, li r-rivali eterni ta’ Galatasaray, Fenerbahce, ukoll kien interessati fis-servizzi ta’ dan il-player ta’ 23 sena iżda huwa kien diġá ddeċieda li jingħaqad ma’ Galatasaray. 

Zaniolo se jingħaqad ukoll mal-players li diġá lagħbu fis-Serie A, Dries Mertens (Napoli), Mauro Icardi (Inter) u Lucas Torreira (Fiorentina). 

Huma mistenni jaqla’ salarju ta’ €3.6 miljuni kull staġun flimkien ma’ bonuses oħra. 

Sport