Sunday, May 19, 2024

Juventus se jneħħu bosta players biex inaqqsu l-ispiża ta’ €70 miljun

Aqra wkoll

Fit-tentattiv li jnaqqsu l-ispejjeż li jammontaw għal €70 miljun, Juventus jinsabu lesti li jneħħu lista ta’ players li tinkludi lil Angel Di Maria, Alex Sandro, Adrien Rabiot, Leandro Paredes u Juan Cuadrado.

Il-Bianconeri ddeċidew li jibdew era kompletament ġdida wara r-riżenja tal-Bord tad-Diretturi kollu hekk kif it-tmexxija l-ġdid trid terġa’ ġġib l-istabbiltá fi ħdan il-club u biex jagħti spinta lill-qligħ kapitali. 

Il-kap tal-kumpanija Holding tal-familja Agnelli Exor, John Elkann, iddeċieda wkoll li l-club irażżan l-ispejjeż “strambi” biex jiffoka fuq approċċ aktar sostenibbli għall-football.

il-pjan hu li jitnaqqsu l-ispejjeż b’€70m f’sena waħda biss, li jfisser ukoll li jitneħħew uħud mill-aqwa players li l-kuntratti tagħhom ġejjin fi tmiemhom.

Dan jinkludi lil Di Maria, Rabiot, Cuadrado u Alex Sandro, filwaqt li Paredes huwa misluf mingħand Paris Saint-Germain u Juventus mhux se jattivaw l-għażla tagħhom li jixtruh għal €22.6m iżda xorta jridu jħallsu lil PSG kumpens ta’ €2.5 miljuni f’Ġunju 2023.

Sport