Monday, December 23, 2024

Jgħaddi abbozz ta’ liġi li jista’ jwaqqaf l-użu tat-TikTok fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-Kamra tad-Deputati Amerikana approvat b’maġġoranza kbira l-liġi li twitti t-triq għall-projbizzjoni tal-użu ta’ TikTok fl-Istati Uniti. 

Din il-miżura fil-fatt, se tkun qiegħda tagħti sitt xhur lill-kumpanija Ċiniża, ByteDance sabiex tbigħ il-pjattaforma li, inkella, tkun ipprojbita. 

Il-White House qalet li l-President Joe Biden se jkun qiegħed jiffirma l-abbozz ta’ liġi, magħruf uffiċjalment bħala l-“Att dwar il-Protezzjoni tal-Amerikani minn Applikazzjonijiet Ikkontrollati minn Avversarji Barranin,” f’liġi jekk jasal fuq l-iskrivanija tiegħu. 

Ekonomija

Sport