Tuesday, April 30, 2024

Jgħid li l-penalty li skorja għall-Awstralja kontra l-Perú kien ringrazzjament wara li ġie aċċettat bħala refuġjat

Aqra wkoll

Awer Mabil qal li l-penalty kruċjali li skorja fl-għoti tal-penalties kontra l-Perú biex ikkwalifikaw għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, f’Novembru li ġej fil-Qatar, kien grazzi speċjali għall-pajjiż Awstraljan wara li fis-snin l-imgħoddija ġie aċċettat f’dan il-pajjiż bħala refuġjat flimkien mal-familja tiegħu. 

Huwa sostna li kien vjaġġ diffiċli iżda bir-rieda ta’ kulħadd il-familja tiegħu ngħatat iċ-ċittadinanza Awstraljana biex dan kien l-ikbar rigal li seta’ jagħti lill-poplu Awstraljan. 

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena skorja bil-kalma kollha s-sitt penalty tas-Socceroos qabel ma l-goalkeeper Andrew Redmayne b’mod erojku salva l-aħħar penalty tal-Peru biex l-Awstraljani għaddew għall-fażi finali għall-ħames darba konsekuttiva. 

“Kont naf li se niskorja. Kien l-uniku mod kif ngħid grazzi lill-Awstralja f’isem il-familja tiegħi,” qal il-winger.

Sport