Trevor Jacob ta’ 29 sena li huwa YouTuber imsemmi, qal li qabeż minn fuq ajruplan għas-segwaċi tiegħu, bil-konsegwenza li tfarrak bl-ajruplan u pprova jaħbi l-provi li dan l-inċident seħħ.
Fil-Qorti nstema’ kif Jacob, li kien ukoll eks snowboarder Olimpiku, iffilmja lilu nnifsu jaqbeż mill-ajruplan l’fuq miill-Foresta Nazzjonali ta’ Los Padres f’Novembru tal-2021, bil-konsegwenza li l-ajruplan iġġarraf.
Wara li ttieħed il-filmat, Jacob tella’ l-filmat fuq il-pjattaforma ta’ YouTube bl-isem ta’ “I Crashed My Plane”.
Fi stqarrija li ppublika il-Ħamis, id-Dipartiment tal-Ġustizzja qal li peress li Jacob ammetta u wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, hemm il-possibiltá li jeħel sa għoxrin sena ħabs.
Fl-istess stqarrija intqal li ż-żagħżugħ ammetta mal-awttorijiet li dan kollu sar minħabba li ried jagħmel flus mill-filmat tal-ħabta. Huwa qalilhom ukoll li laħaq ftehim ta’ sponsorjar biex jippromwovi karriera fuq l-pjattaforma ta’ YouTube.