Tuesday, May 14, 2024

Mhux minnu li minn Ġunju se jitneħħa l-użu obbligatorju tal-maskri fl-Isptarijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mhux minnu li minn Ġunju se jkun qed jitneħħa l-użu obbligatorju tal-maskri fl-Isptarijiet. Ikkonferma dan kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa li kkonferma li l-unika tibdil li kien hemm kien fil-ħinijiet taż-żjarat.

Infatti fl-aħħar ħin, il-pjattaforma tal-Isptar Mater Dei fuq Facebook ippubblikat notifika li fis-swali se jkun hemm tibdil fil-ħinijiet taż-żjarat fejn mit-Tnejn sal-Ħadd il-ħinijiet se jkunu bejn il-11:30 a.m u s-1:00 p.m u bejn it-3:00 p.m u t-8:00 p.m. Huwa aċċettabbli li jżuru l-pazjent sa żewġ persuni f’daqqa u dawn huma obbligati li jilbsu l-maskra.

Fis-swali tal-Pedjatrija huwa aċċettat li jkun hemm sa ġenitur wieħed fil-ħinijiet kollha, iż-żewġ ġenituri bejn nofsinhar u t-8:00 p.m. Minbarra l-ġenituri, persuna oħra hija aċċettata li żżur il-pazjent bejn l-4:00 p.m u s-6:00 p.m.

Sport