Sunday, May 5, 2024

L-irwol tal-omm baqa’ l-istess … l-ulied huma l-prijorità

Elaborat dwar dan Melanie Kelly f'kummenti li tat lil Talk.mt

Aqra wkoll

“Nemmen illi l-irwol ta’ omm ta’ 300 sena ilu u dak tal-lum baqa’ l-istess”. Iddikjarat dan Melanie Kelly, f’wieħed mill-kummenti tagħha ma’ Talk.mt issa li Jum l-Omm għoddu magħna.

Hija ġġustifikat din l-opinjoni għas-sempliċi raġuni li l-omm, irrispettivament mil-liema żmien għexet fih, xorta ħtiġilha tagħti prijorità lil uliedha: “Id-dinja tinbidel ta’ taħt fuq u ma jgħoddx aktar x’taħseb jew x’għandek bżonn int, iżda trid iddur madwar uliedek. Fi ftit kliem, it-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox,” saħqet Melanie.

Madanakollu, Melanie ma naqsitx milli tagħraf l-element ta’ sfida li kompla jiżdied mal-medda taż-żmien: “Fiż-żminijiet tal-lum li tkun omm xejn mhu faċli minħabba li n-nisa jridu jlaħħqu mal-karriera tagħhom, max-xogħol tad-dar, u fuq kollox ma’ wliedhom. Wieħed irid ikun verament organizzat u effiċjenti, filwaqt illi kapaċi jlaħħaq ma’ mitt elf ħaġa”.

Minkejja kollox, “Nemmen illi l-istat ta’ omm huwa wieħed mill-isbaħ mumenti li qatt tista’ tesperjenza. Mhux stat faċli minħabba illi xi kultant tkun fis-seba’ sema iżda mumenti oħra jafu jkunu diffiċli,” temmet tgħid Melanie.

Sport