Thursday, December 26, 2024

Jgħid li se jirriżenja minn MP wara allegazzjonijiet li ra l-pornografija fil-House of Commons

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ingliż Neil Parish iddikjara mal-kamra tal-aħbarijiet tal-BBC li se jkun qed jirriżenja mill-kariga wara li ammetta li ra l-pornografija darbtejn fil-Parlament.

Parish, li ilu jirrappreżenta lil Tiverton u Honiton f’Devon sa mill-2010, qal li dak li għamel kien “mument ta’ ġenn”. Qal li l-ewwel darba kienet aċċidentali iżda t-tieni darba – fil-House of Commons – kienet intenzjonata.

Fl-aħħar jiem, Parish kien ukoll sospiż mill-Partit Konservattiv b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet. Żewġ kollegi nisa sostnew li kienu rawh iħares lejn kontenut għall-adulti waqt li kien bilqiegħda ħdejhom. 

Fl-intervista mal-BBC, Parish spjega li huwa ried jara xi trakkijiet fuq il-mobile iżda spiċċa biex daħal f’website oħra li kellha kważi l-istess isem u qagħad iħares għal xi ħin, xi ħaġa li ammetta li ma kellux jagħmel. 

“Imma l-akbar reat tiegħi kien meta dħalt f’okkażjoni oħra,” huwa żied jgħid. Qal li din id-darba kienet intenzjonata u allegatament ġrat fil-House of Commons waqt li kien qiegħed jistenna biex jivvota. 

Parish qal li dak li għamel kien “totalment ħażin” u li se jkollu jgħix b’dan għall-bqija ta’ ħajtu. “Għamilt żball kbir u qiegħed hawn biex ngħid b’dan lid-dinja kollha.” 

Huwa temm jgħid li kien żbaljat u stupidu b’dak li għamel u talab apoloġija għall-azzjonijiet tiegħu. 

Ekonomija

Sport