Tliet persuna ġew salvati wara li l-jott li kienu fuqu nħakem min-nirien qrib Kemmuna.
L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda viċin il-bajja ta’ Santa Marija.
In-nirien intfew mill-pumpieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’dinghy apposta li ssejjaħ fil-post.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ talk.mt li għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, il-persuni li kienu abbord sofrew minn xokk qawwi.