Tuesday, April 23, 2024

Tliet ġukaturi jaqsmu €500,000 wara li ċċumbaw in-numri tal-Quaterno 

Ir-rebbieħa jaraw titjib fil-probabbiltà li dak li jkun jerbaħ l-ewwel kategorija tal-lotterija

Aqra wkoll

Tliet ġukaturi lokali rnexxielhom jiċċumbaw in-numri rebbieħa tal-logħba tal-Quaterno li għadha kif ġiet imġedda riċentament mill-operaturi l-ġodda tal-kumpanija National Lottery. Ġimagħtejn biss minn dan it-tiġdid tal-lotterija nazzjonali, tliet biljetti li nxtraw miż-Żejtun u mill-Birgu se jkunu qegħdin jaqsmu bejniethom is-somma sabiħa ta’ €500,000. Dan wara li huma rnexxielhom jaqtgħu erba’ numri mill-ħamsa li ttellgħu mill-urna waqt it-tlugħ tal-lotterija.

Tnejn mit-tliet rebbieħa ġew intervistati mill-kumpanija National Lottery separatament. Iż-żewġ ġukaturi kienu viżibbilment kuntenti li rebħu mal-kumpanija l-ġdida hekk kif spjegaw li ilhom jilagħbu l-istess numri għal numru ta’ ġimgħat. In-numri magħżula minnhom huma kollha relatati ma’ għeluq is-snin tal-membri tal-familja tagħhom.

Waħda mill-ġukaturi kienet qed issegwi t-tlugħ dirett fuq it-televiżjoni meta skopriet li erbgħa min-numri rebbieħa kienu jaqblu mal-erba’ numri fuq il-biljett tagħha. 

Il-ġukaturi esprimew il-ferħ tagħhom u qalu li permezz tat-tiġdid li sar mill-operaturi l-ġodda jaraw żieda fil-probabbiltà li dawk li jittantaw xortihom fil-lotterija jirnexxielhom jerbħu l-fond tal-premju tal-ewwel kategorija tal-Quaterno.

It-tlugħ tal-Lottu li jmiss u l-opportunità li tirbaħ il-jackpot fiss ta’ €500,000 Quaterno huwa skedata għal-

lejla fit-8:40 p.m.

Sport