Wednesday, April 24, 2024

Sentenza sospiża għas-Somalu li eġakula fuq mara fuq tal-linja

Aqra wkoll

Is-Somalu ta’ 36 sena mixli li mmasturba fuq passiġġiera f’karozza tal-linja mimlija nies ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

L-allegat każ seħħ is-Sibt 16 ta’ Lulju li għadda għall-ħabta tal-10:00 p.m waqt vjaġġ bejn il-Belt u San Ġiljan.

Fis-seduta tat-18 ta’ Lulju nstema’ kif il-passiġġiera spiċċat vittma ta’ att sesswali mhux mixtieq minnha wara li Mohamed Mahmud Dirie, li kien bilqiegħda warajha, eġakula għal fuqha. Dakinhar il-Maġistrat Gabriella Vella tat il-ħelsien mill-arrest lis-Somalu fuq garanzija personali ta’ €5,000 sakemm tingħata s-sentenza.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino.

Għal Dirie, li jaħdem fis-settur tal-kostruzzjoni, dehret l-Avukata Yanika Bugeja li ġiet appuntata mill-Qorti biex tiddefendih wara li huwa ddikjara li ma kellux flus biex iqabbad avukat.

Sport