Thursday, April 18, 2024

Raġel jeħlisha ħafifa wara li nqaleb bil-karozza f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel ħelisha ħafif wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u konsegwentament spiċċa maqlub fuq il-ġenb.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna tagħhom.

Ekonomija

Sport