Saturday, May 4, 2024

Jgħodduha b’waħda wara li l-jott li kienu fuqu nħakem min-nirien qrib Kemmuna

Aqra wkoll

Tliet persuna ġew salvati wara li l-jott li kienu fuqu nħakem min-nirien qrib Kemmuna.

L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda viċin il-bajja ta’ Santa Marija.

In-nirien intfew mill-pumpieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’dinghy apposta li ssejjaħ fil-post.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ talk.mt li għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, il-persuni li kienu abbord sofrew minn xokk qawwi.

Sport