Thursday, December 26, 2024

Jhedded li jitfa’ l-aċtu fuq il-kaxxier waqt li daħal biex jisirqu

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta 08.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Makna tas-Serrar, l-Imsida.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes berritta, nuċċali u maskra, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, Indjan ta’ 32 sena residenti l-Imsida, filwaqt li beda jheddu li jitfa l-aċtu fuqu.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport