Sunday, December 22, 2024

Jibda għaddej ġuri akkużat li seraq anzjana li ġiet imsawta b’telefown

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu beda l-ġuri, iżda bla ġurati ta’ Keith Cremona ta’ 35 sena mill-Belt Valletta fejn qiegħed jiġi akkużat li f’Lulju tal-2005 kien seraq madwar LM200 mingħand anzjana wara li daħal fid-dar tagħha f’San Ġiljan.

Dakinhar l-akkużat kellu 17-il sena. Hu wieħed mhux ħati li wettaq is-serqa kif ukoll li żamm lil Bernardette Meilaq kontra l-volontà tagħha u anke kkaġunala ġrieħi serji hekk kif taha daqqa ta’ telefown fuq rasha.

Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera xehed it- tabib forensiku Mario Scerri u lit-tabib tal-emerġenza Jonathon Joslin.

Dr Joslin waqt li waqt is-serqa l-mara sofriet ġrieħi f’rasha u spallitha. Waqt l-investigazzjoni kien ġie stabbilit li Cremona kien daħal għand l-anzjana flimkien ma’ żewġ persuni oħrajn u talbuha l-flus. Din kienet qaltilhom li ma kellix flus u għalhekk huma bdew jagħtuha b’telefown li kienu sabu fil-kurutur tal-istess dar.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Ramon Bonett u Kevin Valletta.

Għal Keith Cremona qed jidhru l-Avukat Arthur Azzoppardi, David Gatt u Ishmael Psaila.

Ekonomija

Sport