Monday, November 4, 2024

Jibda jinstema’ l-każ tat-tabib li allegatament tefa’ traċċi tal-isperma tiegħu fil-kafè ta’ mara fir-Renju Unit

L-imputat stqarr li jbati minn kundizzjoni medika li kawża tagħha jipproduċi iżjed spermi minn dak normal

Aqra wkoll

Għadu kemm beda jinstema’ l-każ tat-tabib Ingliż li jinsab akkużat li tefa’ l-isperma tiegħu fil-kafè li prepara hu stess għal persuna oħra fir-Renju Unit.

Nicholas Chapman, Ingliż ta’ 54 sena minn Kingston St Mary, villaġġ f’Taunton l-Ingilterra, ċaħad żewġ akkużi li fihom kien mixli illi prova jwettaq attività sesswali ma’ persuna kontra r-rieda tagħha.

Wieħed mill-allegat każi seħħ fit-13 ta’ Settembru tal-2021, filwaqt li l-ieħor ingħad li seħħ f’perjodu bejn it-12 ta’ Settembru tal-2020 u dak tal-2021.

Il-Qorti ta’ Gloucester Crown semgħet kif l-allegat vittma appena ngħatat il-kafè li għamlilha l-imputat innutat “sustanza suspettuża u diżgustanti”. Dan ħareġ mix-xhieda li ta l-Prosekutur Richard Posner.

L-istess xhud kompla jgħid li l-mara bdiet titħasseb dwar it-togħma stramba li kien qed ikollu l-kafè li kien jagħmlilha t-tabib, u li hi tiftakarha tobżqu. Saħansitra, “Fit-13 ta’ Settembru 2021 hija lemħet sustanza diżgustanti fil-qiegħ tal-kikkra” u kkuntattjat lill-Pulizija fejn ġiet mgħarrfa biex tpoġġi l-evidenza fil-friża. Tlett ijiem wara ppreżentat l-evidenza lill-Pulizija u minn test li sar irriżulta li s-sutanza kienet sperma u li skont test tad-DNA l-imsemmija sustanza wasslithom għal Chapman, fisser il-Prosekutur Posner.

Chapman, fix-xhieda tiegħu qal li jbati minn kundizzjoni medika, magħrufa bħala prostatitis, li kawża tagħha jipproduċi iżjed spermi minn dak normal. Huwa kompla jgħid li jiddisponi minnha fuq bażi regolari meta jkun it-toilet. Madanakollu, huwa m’eskludiex il-fatt li xi fdalijiet setgħu ġew trasferiti fil-kafè mhux għal t’apposta.

L-Avukat tad-Difiża, Virginia Cornwall, qalet li l-klijent tagħha ma kellux xewqat sesswali għal din il-mara u li dejjem ġab ruħu sew fil-konfront tagħha. Kompliet tgħid ukoll li Chapman ċaħad l-akkuża li jinsab mixli biha, dik li għamel il-kafè lill-allegat vittma fil-ġurnata msemmija u li qatt żidilha xi ħaġa oħra mal-kafè.

Min-naħa tiegħu, it-tabib Chapman “L-unika ħsieb li ġieh f’moħħu huwa li kien hemm xi persuna li poġġiet l-isperma tiegħu fil-kafè tal-allegat vittma minħabba li hu jiġborha regolarment u jitfagħha fi fliexken tal-plastik sabiex ikun jista’ jagħmel xi testijiet fuqha”, qalet l-Avukat Cornwall.

Il-każ ikompli.

Sport