Thursday, March 28, 2024

Diversi spekulazzjonijiet dwar il-bombshell il-ġdida ta’ Love Island Malta

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija fil-villa ta’ Love Island Malta daħlet bombshell ġdida, mill-ewwel bdew diversi spekulazzjonijiet dwar min hi fil-verità.

Rani qalet li hija tfajla Norveġiża, iżda għamlet żmien twil tgħix Għawdex. Fil-fatt, hija kienet fl-istess klassi tal-iskola ma’ Marie Christine li wkoll qiegħda fil-villa bħala waħda mill-parteċipanti.

Persuni qrib talk.mt qalulna li fil-verità Rani jisimha “Victoria” u ilha minn meta kienet żgħira ħafna tgħix fil-gżira Għawdxija.

Jidher ukoll li sa ftit qabel ma daħlet fil-villa hija kellha saħansitra profil fuq OnlyFans b’aktar minn 30 filmat, b’ħafna minnhom twal aktar minn siegħa.

Ekonomija

Sport