Tuesday, April 23, 2024

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq ix-Xitwa, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 52 sena. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Fortunatament ħadd ma weġġa’.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Sport