Wednesday, October 9, 2024

Jibda l-bejgħ tal-biljetti għall-konfront bejn Malta u l-Italja

Aqra wkoll

Għadek qed tfittex ir-rigali tal-aħħar minuta imma ma tistax issib xi ħaġa għall-maħbubin tiegħek? Rigal apprezzat ħafna jkun biljett għal-logħba mistennija bejn Malta u l-Italja.

Din il-logħba kontra l-Italja hija l-ewwel impenn ta’ Malta f’darhom fil-Fażi ta’ Kwalifikazzjoni ta’ Grupp C tal-EURO 2024. Din se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu 2023, fid-8.45pm. Malta tibda l-kampanja ta’ Kwalifikazzjoni b’partita barra minn darha kontra l-Maċedonja ta’ Fuq il-Ħamis 23 ta’ Marzu fid-8.45pm.

Prezzijiet tal-Biljetti Malta v Italja

Il-biljetti issa huma għall-bejgħ bil-prezzijiet indikati hawn taħt:

Adulti

West C – €70

South Stand – €20

Millenium D – €40

Tfal Taħt it-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet

West C – €35

South Stand – €10

Millenium D – €20

Partitarji Taljani

Partitarji Taljani jistgħu jibbukkjaw il-biljett tagħhom fin-North Stand bil-prezzijiet li ġejjin

Adulti – North Stand – €20

Tfal Taħt it-12-il sena, Seniors & Concessions – North Stand – €10

Dħul b’xejn għall-Mużew

Kull min jixtri biljetti f’Diċembru u Jannar se jkun intitolat għal dħul b’xejn għall-Malta FA Museum li jista’ jinfeda matul ix-xahar kollu ta’ Jannar. Id-detenturi tal-biljetti jistgħu juru l-biljetti tagħhom Malta v Italja fid-Dħul tal-Mużew għal aċċess b’xejn.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq [email protected]. Inkella, tista’ ċċempel lill-helpline fuq +356 2338 6251.

Sport