Wednesday, July 24, 2024

Jibda l-proċess biex tiġi rtirata l-policy relatata mal-Yacht Marina f’Marsaskala

Aqra wkoll

Beda l-proċess biex titneħħa policy tal-ippjanar li tappoġġja l-iżvilupp ta’ yacht marina fil-parti ta’ ġewwa tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn u l-iżvilupp mill-ġdid tal-pitch tal-eks-Pixxina Nazzjonali għal skopijiet residenzjali u kummerċjali. Dan intqal fi stqarrija li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar wara direzzjoni li kienet ingħatat mill-Gvern.

Il-policy u l-mappa assoċjata magħha jinsabu fil-Pjan Lokali ta’ Nofsinhar ta’ Malta li ġie approvat fl-2006. Il-policy eżistenti tistipula li fil-parti ta’ ġewwa tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn, jiġu kkunsidrati b’mod pożittiv proposti għall-iżvilupp ta’ yacht marina. Madankollu, jitlob li jsiru studji xierqa, inkluż stħarriġ arkeoloġiku u Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, biex jiddeterminaw l-iskala, il-forma u l-adegwatezza tal-użu propost. Il-policy teħtieġ ukoll li lproġett ikun finanzjarjament vijabbli.

Sakemm jitħejja l-Master Plan, il-policy torbot ukoll l-iżvilupp mill-ġdid tal-pitch tal eksPixxina Nazzjonali f’Marsaskala mal-iżvilupp tal-yacht marina, li talloka 60% tas-sit kollu għal żvilupp residenzjali u kummerċjali.

Bl-irtirar ta’ din il-policy, l-eks Pixxina Nazzjonali se tibqa’ faċilità komunitarja bl-isport ikun l-użu primarju tal-art u l-iżvilupp ta’ yacht marina fil-parti ta’ ġewwa tal-Bajja ta’ Wied ilGħajn mhux permissibbli.

Bl-irtirar ta’ din il-policy, l-impenn tal-policy lejn il-yacht marina se jiġi eliminat u l-eksPixxina Nazzjonali tibqa’ faċilità komunitarja bl-isports bħala l-użu primarju tal-art.

Ekonomija

Sport