Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Sta Lucia relegati

Aqra wkoll

Sta Lucia sfaw relegati b’mod drammatiku hekk kif huma spiċċaw bl-iskor ta’ 2-2 kontra Birkirkara bil-goal tad-draw tal-Istripes jasal tliet minuti mit-tmiem.

Dan minħabba li l-avversarji diretti tagħhom, Balzan, Gzira United u Mosta, kisbu l-punti li kellhom bżonn hekk kif intlagħbu erba’ partiti fl-istess ħin biex ikun deċiż liema team kien se jingħaqad ma’ Valletta, Gudja United u Sirens fiċ-Challenge League. 

Centenary Stadium

STA LUCIA ………. 2

BIRKIRKARA…….. 2

Sta Lucia tilfu posthom fl-ogħla diviżjoni wara li ma kisbux ir-rebħa li kellhom bżonn hekk kif sfaw miżmuma 2-2 minn Birkirkara.

Fit-30 minuta, kienu huma li fetħu l-iskor meta Fabian Santiago rċieva ballun fit-tul fuq il-faxxa leminija, ikkontrolla tajjeb, daħal fil-kaxxa u minn pożizzjoni angolata għeleb lill-goalkeeper Ama­ra Sylla li seta’ għamel aħjar.

Peró, tliet minuti wara, Birkirkara kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Alessandro Coppola ħarab il-kustodja tad-difensur dirett tiegħu u b’xutt minn tarf il-kaxxa xeħet fix-xibka.

Madankollu, il-Luċjani reġ­għu marru fil-vantaġġ meta Steve Pisani xeħet fix-xibka minn corner dirett.

Iżda, fis-86 minuta,  iż-żagħżugħ Kayden Fenech ik­kastiga lil-Luċjani għaċ- Challenge League b’ka­nu­nata minn barra l-kaxxa biex kiseb id-draw għall-Istripes.  

Sta Lucia: 12-Francisco Celio da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby, 7-Steve Pisani, 8-Ojo Temitope Abraham (15-Adam Bradshaw 56), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 21-Fa­bian Santiago Moracci (14-Dexter Xuereb 66), 22-Carlos Moreira De Oliveira (Evandro Gomes 81), 27-Alessio Piazza (11-Lucas Sena Silva 81), 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zinnari

Birkirkara: 16-Amara Sylla, 5-Enrico Pepe, 7-Adailton Queiroz de Jesus (23-Nicholas Agius 82), 8-Paul Mbong (91-Maxuell Maia 38), 10-Andrea Zammit (99-Andrei Ciolacu 46), 11-Kurt Zammit, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 30-Nathan Cross (Omar Elouni 59), 77-Ali Diakite (15-Kaiden Fenech 82) – Coach: José Borg

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Alan Camilleri, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers: F. Santiago 30 (SL); A. Coppola 33, K. Fenech 86 (B)

Ammoniti: M. Ellul, A. Ojo (SL); A. Diakite (B)

National Stadium

GZIRA UNITED…… 3

FLORIANA…………..1

Gzira United salvaw il-profil tagħhom fil-Kampjonat Premier b’rebħa meritata ta’ 3-1 fuq Floriana.

Kienu Gzira United li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta l-goalkeeper ta’ Floria­na ma żammx il-free-kick b’saħħtu ta’ Gabriel Bohrer Mentz biex Thaylor Aldama daħal bħall-sajjetta u mir-rebound spara l-ballun fix- xibka.

Iżda anke jekk il-Gżirjani kienu l-aħjar team, Floriana kisbu d-draw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Lorenza De Grazia f’azzjoni ta’ free-kick. 

Peró, fit-52 minuta assistenja għall-isbaħ goal tal- ġurnata meta Gabriel Boh­rer Mentz venven kanunata minn 35 metru bogħod biex xeħet lill-Maroons fil-vantaġġ.

Fit-83 minuta, Gzira ssi­ġillaw ir-rebħa meta minn azzjoni ta’ corner, l-istess Gabriel Bohrer Mentz sammar il-ballun fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha.

Gzira U.: Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conciacao, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama (7-Thiago Espindola 86), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 16-Luis Carlos Riascos, 19-Kyle Spence (47-Brooklyn Borg 81), 21-Zachary Cassar, 23-Ewertton Silva (98-Jackson Mendoza 56) – Coach: Andrew Cohen

Floriana: 99-Nemanja Andrijanic, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji, 8-Jake Grech, 10-Jose Ulises Arias (22-Kyrian Nwoko 56), 11-Matheus De Sousa, 12-Dunstan Vella (19-Luca Accarino 80), 17-Owen Spiteri, 24-Lorenzo De Grazia, 42-Maksim Valadzko, 79-Guy Serge Cedric Yameogo (Aleandro Garzia 56) – Coach: Mauro Camoranesi

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Mitchell Scerri, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: T. Aldama 17, G. Mentz 52, 83 (GU); L. De Grazia 44 (F)

Ammoniti: M. Dias (GU); A. Garzia, L. De Grazia (F)

Tony Bezzina Stadium

MOSTA………………. 2

NAXXAR LIONS…… 0

Mosta kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Naxxar Lions biex salvaw posthom li kien jidher mitluf għalihom.

Matul l-ewwel taqsima, Huma xeħtu kollox fuq l-offensiva għax kien importanti għalihom li jiskorjaw l-ewwel.

U proprju fil-45 minuta, huma fetħu l-iskor meta Henry Nwoga qata’ difiża Naxxarija biex żmarka lil Zachary Brincat li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

U tliet minuti mit-tmiem, huma aċċertaw mir-rebħa minn Gianluca Sciberras li minn pożizzjonio angolata xeħet fix-xibka. 

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Tegwi, 4-Gustavo Adol­fo Chara Valois, 5-Sacha Cachia, 7-Maximilian Ihekuna (Gianluca Sciberras 63), 8-Damian Evans, 9-Henry Chidera Nwoga (6-Nathan Chukwudi 90), 18-Armen Hovhannisyan, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius, 77-Zachary Brincat (Ben Aziz Dao 68) – Coach: Joseph Grech

Naxxar L.: 12-Andre Fenech, 3-Nikolai Micallef (25-Kyle Debono 74), 7-Mark Fenech, 8-Neil Pace Cocks, 14-Ayrton Azzopardi Senna (4-Ryan Mercica 64), 15-Ryan Gikmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi (18-Joel Ellul 71), 20-Elizeu Espirito Santo da Conciacao, 22-William Moreira Da Silva (28-Giuseppe Bonanno 74), 23-Maicon De Souza Silva (26-Yasukaze Ito  46), 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Luke Portelli, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha

Skorers: Z. Brincat 45, G. Sciberras 87 (M)

Ammoniti: G. Valois S. Cachia, H. Chidera, Z. Brincat, G. Sciberras (M); A. Azzopardi, T. Yamaguchi (NL)

Victor Tedesco Stadium

MARSAXLOKK……. 0

BALZAN……………. 1

Balzan ħadu l-punti li kellhom bżonn żammew posthom fil-Premier.

L-uniku wasal fid-39 minuta meta Jan Busuttil daħal fil-kaxxa u żmarka lil Olivier Rommens li kien pront xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Marsaxlokk: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl Micallef (17-Jacob Walker 46), 6-Nikolai Muscat (33-Diego Dall’Orca 72), 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici (23-Samuel Boakye 62), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule (7-Nevin Portelli 72), 94-Jose Fernando Gomes Junior – Coach: Winston Muscat

Balzan: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 7-Triston Caruana, 8-Paul Fenech (6-Marcus Grima 91), 10-Jan Busuttil (77- Aleksa Andrejic 91), 18-Ryohei Michibuchi, 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 80-Henry George Raymond Blackwood – Coach: Oliver Spiteri

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Duncan Sultana, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit

Skorer: O. Rommens 39 (B)

Ammonit: W. Da Silva (B)

Ekonomija

Sport