Tuesday, December 24, 2024

Jibda l-‘Ukraine Peace Forum’ f’Malta

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-lum u ta’ għada l-Ħadd, il-Gvern Malti fuq talba tal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy qed jospita l-Ukraine Peace Forum.

Matul din il-laqgħa l-Gvern Malti kien irrappreżentat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Glenn Micallef.

Fid-diskors tal-ftuħ ta’ dawn id-diskussjonijiet importanti, il-Ministru Ian Borg sostna li Malta se tkompli turi l-appoġġ tagħha bil-għan li terġa’ tirrenja s-sovranità u l-integrità territorjali fl-Ukrajna.

“Malta temmen fil-multilateralismu taħt l-liġi internazzjonali u l-karta tan-Nazzjonijiet Magħquda. Minkejja li aħna stat newtrali ma nistgħu qatt ma nikkundannawx l-inġustizzja, l-attroċitajiet u anke l-abbuż ta’ poter li qed isir f’dan ir-reġjun. B’hekk se nibqgħu nkunu minn ta’ quddiem biex nikkundnaw din l-aggressjoni,” sostna l-Ministru Borg.

Huwa kompla jgħid kif aktar minn 60 delegazzjoni għażlet li tipparteċipa f’dawn id-diskussjonijiet. Din hija turija b’saħħitha tal-fiduċja li Malta tista’ sservi bħala pont għall-paċi. Kompla jgħid kif dan juri l-appoġġ li d-dinja qed turi lejn l-Ukrajna u l-poplu tiegħu. Il-Ministru Borg qal kif din il-laqgħa hija opportunità unika biex ikun analizzat ix-xogħol li sar sa issa fuq l-10 punti tal-pjan ta’ paċi tal-President Zelenskyy u l-ħidma li se tkun qed issir biex inkomplu nibnu fuq dan.

Il-Gvern Malti nnota wkoll l-apprezzament tal-pajjiżi li pparteċipaw għall-inizjattiva ta’ Malta biex tospita dawn id-diskussjonijiet.

Ekonomija

Sport