Thursday, July 23, 2026
Home Sport Douglas Costa jrid imur lura ma’ Juventus

Douglas Costa jrid imur lura ma’ Juventus

0
281

Il-winger Brażiljan Douglas Costa kien qed jitkellem f’intervista ma’ ġurnal Taljan fejn qal li hu lest li jerġa’ jiffirma ma’ Juventus dejjem jekk il-klabb minn Turin għandu pjaċir bih.

Costa telaq lil LA Galaxy filwaqt li xolja l-kuntratt li kellu magħhom minħabba li xejn ma kien kuntent.

F’din l-intervista, Costa qal li jixtieq ħafna jgħin lit-tim jasal għas-suċċessi li kien ilu magħruf għalihom.

Costa lagħab ma’ Juventus bejn is-snin 2018 u 2022 qabel ma’ ngħaqad ma’ Bayern Munich u aktar tard mat-tim minn Los Angeles.