Friday, November 15, 2024

Jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni u kisi mill-ġdid fi Triq l-Indipendenza

Aqra wkoll

Bejn it-Tnejn 25 ta’ Lulju u l-Ħamis 11 t’Awwissu, se jkun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni u kisi mill-ġdid. Għaldaqstant se jkun hemm partijiet mill-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq l-Indipendenza, mill-Furjana lejn Tal-Pietà li se tkun magħluqa. Dan tħabbar minn Infrastructure Malta.

Wara li s-sena li għaddiet  ksiet mill-ġdid il-karreġġjata fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fil-ġimgħat li għaddew l-aġenzija lestiet xogħlijiet meħtieġa fis-sistemi taħt l-art, fosthom tisħiħ ta’ sistema kontra l-għargħar f’dawn l-inħawi u cables ġodda tal-elettriku.

Fil-jiem li ġejjin, Infrastructure Malta se tlesti dan il-proġett billi ssaħħaħ il-pedamenti tal-karreġġjata fid-direzzjoni lejn Tal-Pietà u tiksiha mill-ġdid bl-asfalt.

Il-fażi li bdiet illum hija ppjanata li tkun lesta sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa stess, filwaqt li l-proġett kollu huwa ppjanat li jkun lest qabel il-11 ta’ Awwissu 2022.

Ix-xogħlijiet ta’ wċuh ġodda li qed isiru mill-aġenzija f’din it-triq u l-madwar ġew ippjanati għal wara li ntemmet is-sena skolastika u anke biex ma jaħbtux m’attivitajiet tal-massa li kienu skedati fil-ġimgħat li għaddew fuq il-Fosos tal-Furjana.

Fl-aħħar sigħat Infrastructure Malta u Transport Malta ħadmu flimkien biex inaqqsu l-inkonvjent permezz ta’ ftuħ ta’ korsiji temporanji ġodda.

It-tkomplija tax-xogħlijiet se jkunu qed isiru mal-ħinijiet kollha tal-ġurnata, inkluż billejl, bil-għan li jitlestew fil-perjodu skedat.

Ekonomija

Sport