Tuesday, December 24, 2024

Jibdew is-sales fil-bidu ta’ sena ġdida 

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Jannar huwa magħruf minn bosta bħala x-xahar tax-xiri. Dan għaliex normalment f’dawn iż-żminijiet ikun hemm numru sostanzjali ta’ ħwienet li jagħmlu xi skontijiet, u n-nies li għandhom għal qalbhom ix-xiri ma jaħsbuhiex darbtejn biex iduru erbat iħwienet u jżidu l-affarijiet għal mal-kollezzjoni.

L-għan ta’ dawn is-sales fil-ħwienet huma sabiex il-bejgħ ikompli anke wara ż-żmien tal-festi. Dawn it-tnaqqis huma mistennija li jibdew minn 20% u jkomplu telgħin sa 50%. 

Il-ħwienet li kienu minn tal-ewwel li bdew bis-sales huma dawk taż-żraben u tal-ħwejjeġ. 

Ekonomija

Sport