Monday, September 23, 2024

Jibdew jinġabru wkoll in-nies fil-Belt Valletta għar-rally tal-PN

Aqra wkoll

Hekk kif minn hawn u ftit tas-sigħat oħra tiġi fi tmiemha din il-kampanja elettorali li wittiet it-triq għad-deċiżjoni li se tittieħed is-Sibt li ġej, għadd ta’ persuni nġabru wkoll fil-Belt Valletta għar-rally tal-Partit Nazzjonalista.

Ir-rally mistenni jilħaq il-qofol tiegħu bl-aħħar diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qabel il-ġurnata tal-elezzjoni.

Intant folla kbira ta’ nies oħra nġabret f’Ta’ Qali biex tisma’ l-aħħar diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.

Sport