Hekk kif illum tiġi fi tmiemha r-raba’ ġimgħa ta’ din il-kampanja elettorali, għadd ta’ nies inġabru wkoll f’Tas-Sliema għar-rally tal-Partit Nazzjonalista.
Aktar tard mistenni jagħti l-indirizz tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Intant skont l-istħarriġ ippubblikat minn It-Torċa llum, jidher li matul dawn il-ġimgħat, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jgawdi konsistenza fil-fiduċja tal-elettorat.