INews tinsab infurmata li ftit tal-minuti ilu l-Pulizija daħlila rapport ta’ sewwieq ta’ mutur li ndarab wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħal Farruġ f’Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 67 sena residenti s-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u konsegwentament waqa’.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.