Tuesday, March 26, 2024

Familji jibdew igawdu Wied Fulija

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dik li kienet miżbla dilapitata fiż-Żurrieq, issa ġiet mibdula fi spazju miftuħ għall-familji. Qed nitkellmu dwar ir-rijabilitazzjoni ta’ Wied Fulija, proġett li rajnieh jiġi inawgurat riċentament mill-Prim Ministru Robert Abela wara investiment ta’ €4.5 miljun, fil-parti l-kbira tagħhom Fondi Ewropej. 

Il-fotografu tagħna Roger Azzopardi mar Wied Fulija fejn hemmhekk ġibed xi ritratti ta’ dan il-post, li issa ngħata dehra ġdida, u anke tal-veduti sbieħ f’ambjent ta’ rilassament għall-familja kollha. 

Għalkemm m’ilux ħafna li ġie inawgurat, numru ta’ familji diġà għażlu li jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ f’dan il-post li fih tħawlu xejn inqas minn 43,000 siġra u arbuxell biex il-post igawdi mill-ġdid l-abitat naturali tiegħu. 

Fost affarijiet oħra, il-proġett ta’ Wied Fulija elimina l-ħruġ ta’ gassijiet u rwejjaħ li kienu ta’ periklu għas-saħħa tan-nies, l-aktar dawk li jbatu minn mard respiratorju.  

Biex il-proġett ikun sostenibbli, inbena wkoll ġibjun bir taħt l-art li l-ilma kollu tax-xita li se jinġabar fih se jintuża kontinwament għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti miżrugħa fi-wied. Għal dan il-għan ġiet installata wkoll sistema ta’ tisqija mill-aktar moderna li tilħaq lil kull siġra mħawla fl-inħawi. 

Ekonomija

Sport